Ippromwovi l-attività tiegħek
Mela, organizzajt attività. Prosit! B’xorti ħażina, ħadd għadu ma jaf dwarha. B’xorti tajba, hemm ħafna li tista’ tagħmel biex tippubbliċizza l-inizjattiva tiegħek. Ejja nagħtuha bidu u:
- Daħħal l-avveniment tiegħek fil-kalendarju tal-avvenimenti tal-JEL.
- Iċċekkja l-materjal li jista’ jitniżżel jew jiġi ordnat mir-relay nazzjonali tiegħek.
- Ħejji testi jew fuljetti promozzjonali u qassamhom.
- Ingħaqad mal-grupp tal-JEL fuq Facebook u għarraf lil kulħadd dwar l-avveniment tiegħek.
- Avża lill-gazzetta lokali tiegħek dwar l-attività u dwar il-Jum Ewropew tal-Lingwi (tinsiex issemmi l-indirizz tas-sit web tal-JEL: www.coe.int/edl).
- Avza lir-relay nazzjonali tiegħek dwar l-avveniment tiegħek, jistgħu jkunu jafu b’modi oħra ta’ promozzjoni tal-inizjattiva tiegħek
.