Il-lingwi li se tiltaqa’ magħhom fil-paġni li ġejjin jixhdu d-diversità tal-kulturi u t-tradizzjonijiet li jeżistu qrib xulxin filkontinent tagħna. Xi wħud mill-225 lingwi nattivi għall-Ewropa huma mitkellma minn miljuni ta’ nies, filwaqt li oħrajn li huma mitkellma minn ftit, b’dispjaċir kbir, qed jintilfu.
Matul dan il-vjaġġ qasir, se tiskopri diversi similaritajiet. Il-lingwi Ewropej l-aktar jaqgħu fi tliet kategoriji ewlenin: Slavi, Romanzi u Ġermaniċi, Ġermaniċi, bil-lingwi ta’ kull grupp b’għeruq simili - imma, matul is-sekli żviluppaw f’direzzjonijiet distinti minn xulxin. Se ssir taf ukoll dwar id-differenzi tagħhom: ilvarjetà ta’ alfabetti (bħal-Latin, iċ-Ċirilliku, il-Grieg, l-Armenjan u l-Ġorġjan), li ħafna drabi jużaw kitba artistika; kif jittrattaw ilħolqien ta’ kliem għal invenzjonijiet ġodda u xi kultant l-oriġini misterjużi tagħhom. Kollha għandhom identità unika u l-istorja tagħhom x’jirrakkuntaw!