EDL.ECML.AT/LANGUAGEDETECTIVE

Inti Ditektiv tal-lingwi?

Tista’ tagħraf il-lingwi kollha li qed jintwerew fil-logħba?

Inti Ditektiv tal-lingwi?

Tista’ tagħraf il-lingwi kollha li qed jintwerew fil-logħba?

Ara l-paġna

Lingwa 1 (minn 40):

...tzn. má určitou znalost několika jazyků (pasivní porozumění, psaní, konverzace…). Plurilingvismus je pro člověka mnohem přirozenější než monolingvismus. Miliony lidí se domnívají, že kromě své mateřštiny žádný další jazyk neznají, ale celá řada z nich jiný jazyk do určité míry ovládá. Dnes jsou možnosti naučit se novému jazyku větší než...

Dekodifikazzjoni tar-Rosetta Stone: misteru antik żvelat!

Ġieli smajt bl-istorja ta’ kif il-lingwisti ddeċifraw ir-Rosetta Stone? Dan l-artifatt antik, li ġie skopert fl-1799, kien iċ-ċavetta li permezz tiegħu bdejna nifmhu l-ġeroglifiċi enigmatiċi tal-Eġittu tal-qedem. Għalhekk, żomm sod, u ejja nippruvaw insolvu flimkien din it-taħbila lingwistika!

Ir-Rosetta Stone: meravilja multilingwali

Immaġina ssib ruħek quddiem blokka enormi tal-ġebel, daqs it-tul ta’ żagħżugħ, b’iskrizzjonijiet misterjużi mnaqqxin fil-wiċċ. Dik hija r-Rosetta Stone għalik! X’hemm daqshekk speċjali dwarha? Kellha l-istess test miktub fi tliet kitbiet differenti: ġeroglifiċi Eġizzjani, skripts Demotiċi, u Grieg tal-qedem. Dan huwa kodiċi sigriet tassew!

Id-ditektivs tal-lingwa

Bħad-ditektivs b’ħila kbira, il-lingwisti kellhom jiskopru t-tifsira ta’ kull kitba li tinsab fuq ir-Rosetta Stone. Kellhom vantaġġ bil-Grieg tal-qedem għaliex kienu diġà jifmuh. Il-vera sfida kienet fid-deċifrazzjoni tal-ġeroglifiċi u l-kitbiet Demotiċi anqas magħrufa.

Is-soluzzjoni tal-kodiċi ġeroglifika

Is-soluzzjoni tal-kodiċi ġeroglifika ma kinitx sfida faċli – għal skoperti sinifikattivi, għaddew ħafna snin ta’ studju, tqabbil, u analiżi. Wieħed mill-istudjużi l-aktar important għal dawn l-iskoperti kien Jean-François Champollion, lingwist Franċiż brillanti. Huwa studja diversi testi miktubin bl-Eġizzjan tal-qedem, inkluż ir-Rosetta Stone, u bil-mod il-mod beda jsolvi s-sistema kumplessa tal-ġeroglifika. Permezz tat-tqabbil bejn l-ismijiet Griegi msemmijin fit-test mas-simboli ġeroglifċi li jikkorrispondu għalihom, irnexxielu jiftaħ dinja ġdida ta’ għarfien dwar il-lingwa Eġizzjana tal-qedem!

Il-kitbiet Demotiċi żvelati

Il-kitba Demotika, forma ta’ kitba korsiva tal-Eġizzjan tal-qedem, ħolqot sfida akbar. Akkademiċi ħadmu bla waqfien sabiex iqabblu t-testi ta’ fuq ir-Rosetta Stone ma’ testi Demotiċi oħrajn li jinsabu fl-Eġittu. Permezz ta’ dan il-qbil diliġenti u analiżi, eventwalment, setgħu jiddeċifraw il-kitbiet, u b’hekk resquna aktar qrib tas-sigrieti tal-passat.

Il-wirt kulturali jibqa’ magħna

Grazzi għall-isforzi inkredibbli ta’ dawn l-eroj tal-lingwa, ir-Rosetta Stone saret iċ-ċavetta sabiex jiżvelaw iċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana tal-qedem. Permezz tagħha, stajna naqraw u nifhmu l-istejjer, it-twemmin, u l-kultura tagħhom. Illum, titqies bħala simbolu ta’ trijonf lingwistiku u tkompli tispira skoperti ġodda fil-qasam tal-Eġittoloġija.

Ir-Rosetta Stone mhix biss artefatt sabiħ iżda enigma lingwistika li ħawdet l-aqwa mħuħ matul is-snin. Tfakkarna fil-poter tal-lingwa u l-importanza tal-preservazzjoni tal-wirt kulturali. Għalhekk, jekk xi darba toħlom biex issir ditektiv tal-lingwa, ftakar fir-Rosetta Stone u ħalliha tqanqlek bil-kurżità sabiex tiskopri l-istejjer moħbija kkodifikati f’testi tal-qedem.

Id-dekodifikazzjoni t-tajjeb!
 
Loading...