Bħala aġent internazzjonali inti se żżur postijiet ġodda u artijiet barranin. Se tkun sfida iebsa. Aġent tajjeb għandu jkun kunfidenti fil-ħiliet tiegħu fil-lingwi biex ikun ċert li qatt ma jiżvela l-identità tiegħu! Għaldaqstant jeħtieġ li tkun taf titkellem b'lingwi barranin b'mod kemm jista' jkun mexxej.
L-isfidi tal-lingwi huma marbuta l-iktar ma' attivitajiet komunikattivi awtentiċi ta' kuljum, li l-aġenti jridu jkunu preparati għalihom.
Ir-riċerka turina li xi studenti jibżgħu jieħdu riskju u mhux dejjem jaħtfu l-opportunità biex jipprattikaw lingwa li jkunu qed jitgħallmu lil hinn mill-klassi.
Il-komunikazzjoni b'lingwa barranija fil-ħajja ta' kuljum hija xi ftit stressanti speċjalment meta tkun fuq missjoni. Tista' tagħmel xi żbalji, tinftiehem ħażin, ma tifhimx sew lill-oħrajn, tassumi identità differenti u tbiddel il-mod kif tuża lingwa.
Din l-app se tippreparak għal dawn is-sitwazzjonijiet.