EDL.ECML.AT/LANGUAGECHALLENGE

L-isfida tal-lingwi tal-JEL

Din is-sena qed nistiednu lil kulħadd jieħu sehem fi sfida tal-lingwi madwar il-Jum Ewropew tal-Lingwi! Il-51 sfida li hemm fil-ktejjeb iħeġġu lill-qarrejja li joħorġu ftit minn dak li jkunu komdi fih u jieħdu vantaġġ mill-ħafna opportunitajiet li għandhom biex jipprattikaw jew jitgħallmu aktar dwar lingwa barra mill-klassi. Tista’ tagħżel sfidi faċli li ma tantx jieħdu ħin, bħal “għodd minn 1 sa 10 bi 3 lingwi differenti f’minuta” għal oħrajn li huma aktar impenjattivi , bħal “flimkien ma’ ħabib(a), ikteb il-kliem ta’ kanzunetta b’lingwa barranija”. Għandu jkun hemm xi ħaġa għal kulħadd, u jaf tiskopri li fil-fatt taf aktar milli kont taħseb dwar il-lingwi!

Jekk ma tistax tiddeċiedi b’liema sfida għandek tibda, ħalli x-xorti tiddeċiedi għalik billi tikklikkja fuq ir-rota t’hawn taħt. Jekk tant tieħu gost bl-isfidi li jirnexxilek tlesti 20 jew aktar minnhom, tista’ tippremja lilek innifsek permezz ta’ ċertifikat billi tuża l-ħolqa ta’ hawn taħt u, jekk lest(a) turi lid-dinja l-ħila tiegħek fil-lingwi, għala ma tagħmilx il-51 sfida “X’inti kapaċi tagħmel b’lingwa barranija?” (ara hawn taħt).

Niżżel il-manwal bil-*Malti*

L-isfida lingwistika tal-ġurnata : Play a board game with your friends speaking a foreign language!

Lestejt 10 sfidi jew aktar?

Itlob iċ-ċertifikat tiegħek tal-isfida tal-lingwi tal-JEL 2022
Nikkonferma li jien temmejt dawn l-isfidi b’suċċess.


Ma tafx b’liema sfida għandek tibda?

Ħalli Wheel-decide tiddeċiedi għalik!


“X’inti kapaċi tagħmel b’lingwa barranija?”

Tella’ l-filmat tiegħek mill-51 sfida tal-lingwa hawnhekk.