EDL.ECML.AT/LANGUAGESINMYCLASSROOM

Please define Settings first

Editor's choice (46 posters we really liked)

Poster 2023

All 1900 entries

Please click onto the poster to see a new one!

Poster 2023
Għall-inizjattiva li hija speċifikament immirata lejn l-iskejjel, l-idea hi li jinħoloq poster li jolqot l-għajn u kreattiv li jirrifletti l-lingwi preżenti fil-klassijiet jew fl-iskejjel tiegħek. Dan jista’ jinkludi kemm il-lingwi li qed titgħallem kif ukoll il-lingwi li jiġu mitkellma mill-ħbieb tiegħek tal-klassi.
  • Sabiex il-poster tiegħek jagħmel parti mis-sit elettroniku tal-EDL, ibgħatilna ritratt jew PDF tal-poster. Se jkun hemm rigali żgħar għall-ħames l-aktar posters kreattivi!
Ninsabu kuntenti li se jkollna l-opportunità sabiex nuru d-diversità lingwistika fil-klassi/skola tiegħek u nenfasizzaw il-valuri tal-lingwi fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tagħna. Ix-xogħlijiet artistiċi se jintwerew f’sezzjoni dedikata apposta fuq is-sit elettroniku tal-EDL. Kull poster li jimxi skont il-linji gwida se jiġi muri.

Billi nippreżentaw il-posters fuq is-sit elettroniku tagħna, għandna l-għan li nqajmu kuxjenza dwar id-diversi sfondi lingwistiċi tal-istudenti, ninkuraġġixxu skambju kulturali, u noħolqu atmosfera ta’ rispett lejn kull lingwa u l-kelliema tagħha. Ejja ningħaqdu flimkien fil-Jum Ewropew tal-Lingwi sabiex niċċelebraw il-lingwi li jarrikkixxu l-klassijiet, l-iskejjel, u l-komunitajiet tagħna!

Data ta’ għeluq: 15 ta’ Ottubru 2023

Please define Settings first